Attivitajiet Esterni 2023

Din il-formola issa hija magħluqa u ġiet mibgħuta lill-Pulizija ta' Malta sabiex tiġi proċessata.
Jekk għandek xi diffikultà jew mistoqsija kkuntattjana fuq [email protected]

Ġejna mitluba mill-Pulizija ta’ Malta sabiex ngħarrfuhom bid-dati u l-ħinijiet tal-festi, pellegrinaġġi, purċissjonijiet (inkluż il-purċissjoni tal-Ewwel Tqarbina), quddies fil-beraħ, eċċ. li ser jiġu organizzati mill-Knisja din is-sena.

Intom mitluba timlew din il-formola bid-dettalji tal-attivitajiet kollha li hemm ippjanati li jsiru f’art pubblika jew li jirrikjedu s-servizz tal-Pulizija. Importanti li timtela formola separata għal kull attività.

Nixtiequ niċċaraw li avolja qed timtela din il-formola, xorta waħda tridu ssegwu l-proċedura tas-soltu fejn tavżaw lill-pulizija tad-distrett tagħkom sabiex jinħarġu l-permessi meħtieġa.

IIl-Pulizija ma jagħtux garanzija li jkunu jistgħu jipprovdu s-servizz tagħhom u li jinħareġ il-permess kemm-il darba l-informazzjoni mitluba f’din il-formola ma tintbagħatx sal-20 ta’ Jannar 2023.