Applikazzjoni għall-Katekiżmu

X’għandu jsir

  1. Iż-żewġ ġenituri/kustodji jżuru l-Uffiċċju Parrokkjali fl-indirizz u l-ħinijiet t’hawn isfel. Huma jistgħu jiġu flimkien jew individwalment.
  2. Huma jridu jippreżentaw:
    • Il-Karta tal-Identità tagħhom
    • Iċ-Ċertifikat tat-Twelid Oriġinali tat-tifel/tifla
    • Iċ-Ċertifikat tal-Magħmudija tat-tifel/tifla (Dan jista’ jinġabar mill-parroċċa fejn tgħammed/tgħammdet)
  3. Iż-żewġ ġenituri/kustodji huma meħtieġa jimlew il-formola tal-applikazzjoni ta’ hawn taħt online u jiġu jiffirmawha l-Uffiċċju Parrokkjali, li kopja tagħha jipprovdiha r-rappreżentant tal-Parroċċa fl-Uffiċċju Parrokkjali. Mingħajr il-firem din l-applikazzjoni ma tkunx valida.
  4. Hawn jidhru ċ-ċentri tal-katekiżmu fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar. Aqra sewwa l-ġranet u l-ħinijiet taċ-ċentru li jidhru ħalli tagħżel iċ-ċentru li fih se tibgħat lit-tifel/tifla tiegħek.

Mexxi bil-vleġeġ sabiex tara iktar ċentri u ikklikkja fuq l-istampa sabiex tkabbarha:


Indirizz: 22, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar ŻBR 1013

Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tlieta u l-Ġimgħa: 9.30am – 11.00am
It-Tnejn u l-Erbgħa: 5.00pm – 7.00pm

Numru tal-Uffiċċju: 21824383

Email tal-Uffiċċju: [email protected]