Laqgħa għal-Lajċi 2024

Ir-Rikonċiljazzjoni u t-Tama

Prof. Johan De Tavernier

Twettaq xi ħidma
f'parroċċa?

Sib parroċċa qribek

Xi ssib f'parroċċa

bible copy

Il-Kelma t'Alla

li l-komunità taqra, timmedita fuqha, titlob biha u tikkontemplaha biex tgħixha kuljum

Komunità

li ġġib flimkien id-diversità ta' dawk li jgħixu fi ħdana u bl-imħabba timxi lejn l-għan ewlieni li ssir tixbah iktar lil Ġesù

Operaturi Pastorali

li huma membri tal-komunità li jimpenjaw ruħhom sabiex jaqdu lil ħuthom permezz tal-pastorali

Djakonija

jiġifieri komunità li taqdi lil xulxin, l-iktar lil dawk li għandhom bżonn l-għajnuna

cup-1389673_1280

Liturġija

li tiġbor flimkien lill-komunità f'laqgħa ma' Ġesù permezz tat-talb u turi li hija Knisja ħajja

cathecesis-icone-home2 transp

Katekeżi

għal dawk kollha li jagħmlu parti mill-komunità, kif ukoll għal dawk li jixtiequ jimxu wara Ġesù

Mistoqsija u tweġiba

Żur il-paġna fis-sit tagħna Parroċċi f’Malta, fittex il-parroċċa li għandek bżonn tikkuntattja u fil-paġna tal-parroċċa issib id-dettalji tal-kuntatt tal-uffiċċju parrokkjali.

Il-ħinijiet tal-quddies tista’ ssibhom fil-paġna Parroċċi f’Malta billi tfittex il-parroċċa li tixtieq jew żur is-sit quddies.knisja.mt

Sabiex tagħmel il-booking tal-knisja li tixtiequ tiżżewġu fiha trid tkellem is-saċerdot li jieħu ħsieb il-knisja, il-kappillan fil-każ ta’ knisja parrokkjali jew ir-rettur fil-każ ta’ knejjes jew kappelli oħra. Id-dettalji tal-kuntatt issibhom fil-paġna Parroċċi f’Malta. Tajjeb li taqra wkoll l-informazzjoni importanti dwar iż-Żwieġ f’din il-paġna.

It-triq sabiex issir Nisrani fi ħdan il-Knisja Kattolika tibda billi żżur is-sit welcome.church.mt  u timla l-formola ta’ kuntatt jew tikkuntattja lill-kappillan tal-eqreb parroċċa billi tfittex fil-paġna Parroċċi f’Malta.