Segretarjat Parroċċi

Inkunu ta' sostenn għall-parroċċi sabiex
jilħqu l-miri pastorali tagħhom

X'nagħmlu

Is-Segretarjat Parroċċi huwa parti mill-Vigarjat Episkopali għall-Kleru u l-Parroċċi. Huwa l-organu fi ħdan id-djoċesi responsabbli biex jassisti, isegwi u jikkordina l-ħidma pastorali fil-parroċċi. Hu għandu l-iskop li jgħin lill-parroċċi jgħarrfu l-bżonnijiet pastorali emerġenti, jassisitihom biex iħejju ruħhom għalihom u jkun ta’ sostenn fit-twettieq tagħhom. Is-segretarjat jagħti importanza partikolari lill-formazzjoni tal-operaturi pastorali fi ħdan il-parroċċi u l-ħidma tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Hu jaqdi d-dmirijiet tiegħu id f’id ma’ segretarjati, kummissjonijiet, entitajiet oħra, speċjalment mal-Kulleġġ tal-Kappillani. Fi ħdan is-Segretarjat hemm kunsill magħmul minn diversi persuni minn setturi differenti kif ukoll gruppi ta’ ħidma relatata ma’ materji partikolari, uħud minnhom b’mod permanenti filwaqt li oħrajn ad hoc.

Fost is-servizzi lis-Segretarjat joffri, hemm:

Taħriġ

Nikkordinaw taħriġ għall-operaturi pastorali f’diversi oqsma relatati mal-ministeri parrokkjali. Nassiguraw il-kwalità tat-taħriġ filwaqt li nnaqqsu l-piż organizzattiv minn fuq il-parroċċi.

Komunikazzjoni

Min jirreġistra ma’ dan is-sit jirċievi informazzjoni relevanti għall-ħidma pastorali kif ukoll għall-ministeru li jaqdi.

Linji Gwida, Direttivi u Policies

Flimkien ma’ diversi entitajiet djoċesani naraw li jiġu aġġornati l-linji gwida għad-diversi ministeri biex hekk l-operaturi pastorali jkunu jafu aħjar x’inhu mistenni minnhom.

Min żmien għal żmien, noħorġu direttivi u policies biex niffaċlitaw il-ħidma pastorali tal-parroċċi u ngħinuhom jaġġornaw il-ħidma tagħhom biex tibqa dejjem relevanti u attwali.

Konsultazzjoni

Permezz ta’ tim ta’ professjonisti u esperti, nilqgħu talbiet milll-Arċipriet/ Kappillan biex nagħtu suġġerimenti fuq aspetti partikolari tal-pastorali fil-parroċċa.

Riżorsi

B’kollaborazzjoni mal-parroċċi u diversi entitajiet oħra, naqsmu diversi prattiċi pastorali li jistgħu jgħinu lill-parroċċi jilħqu l-miri tagħhom.

Min aħna

L-istaff tas-Segretarjat Parroċċi:

Rev. Dr André Zaffarese S.Th.D.
Delegat għall-Ħajja u l-Ħidma fil-Parroċċi
Lisa Pace
Uffiċjal Pastorali
Josef Bugeja
Uffiċjal Pastorali
Shirlee Zammit Munro
Uffiċjal Pastorali
Catherine Bonnici
Segretarja

Kunsill Segretarjat Parroċċi

Biex jgħinu fil-ħidma tiegħu, is-Segretarjat Parroċċi għandu kunsill. L-għan ta’ dan il-Kunsill hu li jassisti lid-Delegat għall-Ħajja u Ħidma fil-Parroċċi billi:
  1. iservi primarjament bħala organu ta’ dixxerniment tal-ħidma li s-segretarjat jkun qed iwettaq;
  2. jagħti pariri rigward policies u ħidma li s-segretarjat ikun qed jipproponi li jagħmel;
  3. iqajjem punti li jara li hemm bżonn jiġu diskussi jew li tittieħed azzjoni dwarhom;
  4. jieħu r-responsabilità li jagħmel evalwazzjoni tal-ħidma li s-Segretarjat Parroċċi ikun qed iwettaq.
Membri tal-Kunsill Segretarjat Parroċċi

Rev. Dr André Zaffarese S.Th.D.
Josef Bugeja M.Mus (Melit)
Lisa Pace M.A. Bus. Ethics
Catherine Bonnici
Shirlee Zammit Munro
Dr André Camilleri LLD.
Perit Audrey Anne Bonnici M.Sc (Cons)(Melit), A.& C.E.
Fr Blake Camilleri S.Th.L.
Frank Mifsud BA (Social Work), Dip. Spiritual Accompaniment
Jackie Mallia
Michele La Ferla B.A.(Melit), B.Sc.(Hons.) (Middx.)
Reuben Mifsud M.Ed., B.Ed.(Hons.), Dip. Ed. (Ad.&Man.