Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Patrijiet Franġiskani Minuri)

Il-Franġiskani Konventwali ġew Malta xi żmien qabel is-sena 1347, u kellhom l-ewwel kunvent u knisja tagħhom ħdejn l-isptar San Franġisk li biż-żmien beda jssejjaħ l-isptar ta’ Santu Spirtu. Qrib is-sena 1640 il-kunvent reġa’ nbena mill-ġdid għax kien qdiem ħafna, u mbagħad il-knisja ġarrbet ħsarat kbar bit-terremot tas-sena 1693. Il-knisja nbniet mill-ġdid fl-1701 minn Lorenzo Gafà. F’din il-knisja beda jiġi meqjum kwadru tal-Madonna tas-Saħħa; biż-żmien il-kwadru nbidel, iżda d-devozzjoni kibret, u hemm rabta kbira mal-isptarijiet ta’ Santu Spirtu u ta’ Sawra li jinsabu fil-qrib. Il-kwadru tal-Madonna ġie nkurunat fl-4 ta’ April 1948.

 

 

F’din il-knisja jistgħu jsiru:

Żwiġijiet

Rettur: Patri Paul Attard
Kuntatt: 21454594

Ħinijiet tal-Quddiesa

Mit-Tnejn sas-Sibt / Monday ‑ Saturday

06:30

Malti

Sajf u Xitwa

Mit-Tnejn sas-Sibt / Monday ‑ Saturday

07:30

Malti

Sajf u Xitwa

Mit-Tnejn sas-Sibt / Monday ‑ Saturday

18:00

Malti

Sajf u Xitwa

Il-Ħadd / Sunday

07:15

Malti

Sajf u Xitwa

Il-Ħadd / Sunday

08:30

Malti

Sajf u Xitwa

Il-Ħadd / Sunday

09:45

Malti

Sajf u Xitwa

Il-Ħadd / Sunday

11:00

Malti

Sajf u Xitwa


Ħinijiet tal-Adorazzjoni

N/A


Ħinijiet tal-Qrar

N/A