X’għandek bżonn tkun taf biex torganizza funeral?
Kellem lill-kappillan tal-parroċċa fejn ser isir il-funeral jew lis-saċerdot li ser jassisti l-funzjoni biex jiggwidak fit-tħejjija. Fost għajnuniet oħra, is-saċerdot jista’ jagħti parir dwar il-qari u dwar kant/mużika liturġika adatta. Il-kant ta’ waqt il-quddiesa tal-funeral irid ikun liturġiku.
Għall-aspetti loġistiċi, tajjeb li titkellem ukoll mal-kummissjonant.
L-aħħar direttivi maħruġa mill-Arċidjoċesi jistgħu jitniżlu minn hawn.