F’din id-dikjarazzjoni:
‘Knisja’ tfisser il-komunità Kattolika f’Malta.
‘Arċidjoċesi’ tirreferi għall-Arċidjoċesi ta’ Malta li tfisser il-Knisja Kattolika f’Malta.
Il-‘Kurja’ tfisser u tikkonsisti mit-taqsimiet kollha tal-Knisja f’Malta (inkluż il-parroċċi kollha, knejjes, ċentri pastorali, kummissjonijiet, segretarjati u direttorati djoċesani) li amministrattivament jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta.
‘General terms and conditions’ tirreferi għal General Terms and conditions for Personal Data Protection in Parishes.
‘Parroċċa’ tfisser parroċċa, knisja, ċentru jew komunità li fiha sservi.
‘Kappillan’ jirreferi għas-saċerdot jew reliġjuż/a responsabbli mill-knisja li fiha sservi. Dan jista’ jkun arċipriet, kappillan, rettur, pirjol, gwardjan, superjur/a, madre jew persuna oħra li lilha hi afdata r-responsabbiltà li tieħu ħsieb il-komunità Nisranija li inti parti minnha u/jew isservi fiha.
DPC tfisser id-“Data Protection Coordinator” tal-parroċċi (
[email protected])
DPO tfisser id-“Data Protection Officer” tal-Kurja (
[email protected])
Ħidma pastorali tfisser ministeru, ħidma pastorali u kull xogħol ieħor li twettaq fi ħdan il-Knisja jew f’isimha kemm b’mod volontarju u kemm imħallas.
GDPD tfisser “General Decree on the Protection of Data (2018)”
‘Leġislazzjoni’ tirreferi għall-“General Decree on the Protection of Data (2018)” (GDPD), u għar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (EU) 2016/679 (GDPR), u kull leġislazzjoni jew regolament ieħor li jiġi fis-seħħ permezz tagħhom.
‘Data personali’ jew ‘Informazzjoni Personali’ tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika (ħajja) identifikata jew identifikabbli (‘suġġett tad-data’); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għall-mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika.
Bir-reġistrazzjoni tiegħi, jien qed niddikjara li:
Naf li permezz ta’ din il-formola qiegħed nirreġistra mal-Kurja bħala operatur pastorali fi ħdan l-Arċidjoċesi li minnha l-parroċċa hi parti. Din ir-reġistrazzjoni hi valida għal tliet snin.
L-informazzjoni hawn fuq mogħtija hi korretta u naf li hi responsabbiltà tiegħi li navża lid-DPC konċernat, u lill-kappillan, kemm-il darba din l-informazzjoni tinbidel. F’każ li jkunu qed jittieħdu passi kriminali kontrija, jien marbut li ninforma lill-kappillan, li min-naħa tiegħu jista’ jagħmel xi annotament f’dan ir-rigward.
Kemm-il darba jien nuri bil-kliem, bil-kitba jew bil-ħajja tiegħi, li ma naqbilx mat-twemmin Kattoliku, jien għandi nippreżenta r-riżenja tiegħi mill-ħidma pastorali lill-kappillan. Naf li kemm-il darba jien ma nkunx idoneu għall-ħidma pastorali, il-kappillan jitlobni nieqaf minn din il-ħidma.
Naf li l-ħidma pastorali li nwettaq mhijiex dritt tiegħi imma servizz li jiena nagħti lill-Knisja u għalhekk kemm-il darba l-kappillan jitlobni li nieqaf jew li naqdi f’qasam ieħor, jiena għandi naċċetta dan għall-ġid tal-komunità.
Naċċetta li naqdi l-ħidma pastorali skont ir-regolamenti, il-proċeduri u l-policies li jkunu fis-seħħ, kemm fuq livell djoċesan (maħruġa mill-Kurja) kif ukoll fuq livell lokali (maħruġa mill-parroċċa jew ordni reliġjuż li jmexxi l-parroċċa) fosthom imma mhux biss: “il-proċeduri ta’ maniġġjar ta’ informazzjoni fil-parroċċi”, u “on cases of sexual abuse in pastoral activity”. Naf li l-lista sħiħa ta’ policies li jkunu fis-seħħ tista’ tinġabar mingħand il-kappillan.
Se nagħmel ħilti biex nirċievi regolarment formazzjoni relatata mal-ħidma pastorali.
Naf li din l-informazzjoni qed tinġabar, tinżamm, tkun ipproċessata u tintuża skont kif imfisser fil-General terms and conditions, u fil-GDPD.
Naf li din l-informazzjoni qed tinġabar mill-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta u li din l-informazzjoni qed tinżamm u tkun ipproċessata mid-diversi taqsimiet tal-Arċidjoċesi (inkluż imma mhux biss: imma mhux biss, l-Uffiċċju tal-Arċisqof, l-Uffiċju tal-Vigarju Ġenerali, Il-Vigarjat Episkopali għal-Kleru u Parroċċi inkluż fih id-Direttorat Parroċċi, il-Parroċċa, is-Safeguarding Commission, l-Istitut ta’ Formazzjoni, u kull Vigajrjat Episkopali, segretarjat, kummissjoni, moviment jew uffiċċju tal- Arċidjoċesi responsabbli minn setturi differenti ta’ pastorali) kif imfisser fil-General terms and conditions, fil-leġislazzjoni, liġijiet ekkleżjastiċi u statali oħra applikabbli, għal affarijiet relatati mal-ħidma tiegħi fil-Knisja. Kull taqsima jew entita’ tal-Arċidjoċesi li taċċessa din l-informazzjoni tieħu r-responsabiltà bħala kontrullur konġunt tal-informazzjoni u hi marbuta li tipproċessa din l-informazzjoni skont din l-applikazzjoni. Għal iktar informazzjoni fuq ir-responsabiltà ta dawn it-taqsimiet, entitajiet, fuq iż-żmien ta’ ritenzjoni, il-metodu ta’ proċessar u drittijiet tiegħi bħad-dritt ta’ aċċess, id-dritt għall-portabbiltà tad-data, id-dritt li tikkoreġi, id-dritt li toġġezzjona, id-dritt li tirtira l-kunsens mogħti f’din il-formola, id-dritt għat-tħassir u d-dritt li tiftaħ ilment mal-awtorità superviżorja nista’ naċċessa il-General terms and conditions minn fuq is-sit tal-istess Kurja (www.knisja.mt). Biex ikolli iktar informazzjoni jew biex neżerċita dawn id-drittijiet nista’ nkellem lill-kappillan jew lid-DPC konċernat. Naf li jekk jidhirli li xi wieħed minn dawn id-drittijiet tiegħi jkun miksur, jew li l-informazzjoni tiegħi qed tkun proċessata mhux skont dak li qed nirreġistra għalih, jiena nista’ nagħmel ilment għand id-DPO jew għand l-awtorità superviżorja.
Naf li ma’ din l-informazzjoni li jien tajt, tista’ tiżdied informazzjoni oħra relatata mal-ħidma pastorali, bħall-attendenza tiegħi għall-attivitajiet, laqgħat, taħriġ jew korsijiet offruti jew organizzati minn taqsimiet oħra tal-Arċidjoċesi.
Naf li din l-informazzjoni se tinżamm mill-Arċidjoċesi għal tliet snin jew sakemm jien navża bil-miktub lid-DPC konċernat li jien ma għadnix naqdi ħidma pastorali u nirritorna kwalunkwe mezz ta’ identifikazzjoni li nkun ingħatajt. Naf ukoll li l-informazzjoni tista’ wkoll tiġi mħassra kemm-il darba il-kappillan jinforma hu l-DPC konċernat li jien ma għandnix inservi bħala operatur pastorali fil-parroċċa jew f’isimha.
Naf li l-iskop tal-ġbir u proċessar ta’ din l-informazzjoni hu li tinħoloq database ċentrali li tiffaċilita lid-diversi taqsimiet kompetenti tal-Arċidjoċesi biex jikkomunikaw iktar faċli mal-operaturi pastorali fid-djoċesi u iwettqu aħjar il-missjoni, l-obbligi u bżonnijiet amministrattivi u pastorali tagħhom fir-rigward tal-operaturi pastorali u tal-Knisja billi fost oħrajn iżommu kuntatt u jipprovdu informazzjoni u formazzjoni lill-operatur pastorali; jagħmlu dak kollu li hu amministrativament u pastoralment meħtieġa sabiex iħejju, jawtorizzaw, jgħammru aħjar lill-ħaddiema pastorali għat-twettieq x-xogħol tagħhom fil-Knisja; u jwettqu kull ħidma amministrattiva u pastorali oħra li tkun meħtieġa jew ta’ ġid għall-operaturi pastorali fir-rigward tal-istat tagħhom bħala operaturi pastorali, jew għall-Knisja. Dawn l-entitajiet u taqsimiet għandhom dritt li jżidu fid-database informazzjoni bżonnjuża għal xulxin rigward il-ħidma tiegħi fil-Knisja.
Bl-ebda mod mhu se niddisponi, nagħti jew iżomm informazzjoni personali fuq individwi jew informazzjoni oħra kunfidenzjali li jien jkolli aċċess għaliha jew niġi f’kuntatt magħha waqt l-ħidma pastorali li naqdi sakemm ma nkunx awtorizzat/a bil-miktub mill-kappillan jew minn xi superjur leġittimu tiegħu jew għandi obbligu legali li nagħmel dan. F’każ li għandi informazzjoni u ma għandix bżonnha iktar jew m’iniex awtorizzat nibqa’ nżommha, jien għandi nirritorna l-informazzjoni minnufih lill-kappillan. Fl-istess waqt, naf li skont artiklu 8.6 tal-GDPD, minkejja li jien ma jkollix iktar aċċess għal informazzjoni, xorta nibqa’ marbut bil-kunfidenzjalità fuq dik l-informazzjoni li jiena kelli aċċess għaliha jew li ksibt waqt li kont naqdi l-ħidma pastorali tiegħi jew bħala operatur pastorali. Jiena konxju li jekk nonqos milli nagħmel dan, inkun responsabbli personalment quddiem il-liġi.
Naf li dawn it-termini u kundizzjonijiet jistgħu jiġu aġġornati u jintbagħtu lili fuq l-imejl li pprovdejt hawn fuq.