Agħti sehmek
X'inhuma l-ħidmiet li nista' nagħti sehmi fihom f'xi parroċċa jew knisja?
Dawn huma xi wħud mill-ħidmiet:
Amministrazzjoni
Segreterija, ħidma fl-Uffiċċju Parrokkjali, immaniġġjar tal-informazzjoni, finanzi, servizzi legali, fundraising
Komunikazzjoni
Web design, midja soċjali, vidjografija, fotografija, streaming, diġitalizzazzjoni, marketing, tqassim bieb bieb, kuntatt mal-ġirien
Formazzjoni
Tagħlim tal-katekeżi, tfal, adolexxenti, żgħażagħ, ongoing formation tal-adulti, ġenituri u nanniet, għarajjes, familja, tagħlim fuq il-Bibbja
Liturġija
Animazzjoni, ministri tat-tqarbin, tiżjin u armar liturġiku, ushering u welcoming, kordinament tal-abbatini, letturi, mużika u kant, tħaddim ta' sistemi awdjo-viżivi
Djakonija
Assistenza lil persuni vulnerabbli, bereavement, anzjani homebound, servizzi professjonali (eż. psikologu, eċċ.), refuġjati, persuni bi problemi finanzjarji, għajnuna fit-tagħlim edukattiv
Spiritwalità
Interċessjoni bit-talb, gruppi ta' talb, talb bil-Bibbja, formazzjoni spiritwali, akkumpanjament, knisja domestika
Faċilitajiet
Sagristan, tindif, manutenzjoni, saħħa u sigurtà, restawr, ħarsien tal-patrimonju
Gruppi
Fratellanzi, festi, soċjali u komunitarji
Interessat li nagħti sehmi
Imla din il-formola bid-dettalji tiegħek u f’liema parroċċa jew knisja tixtieq tagħti sehmek. Dawn se jintbagħtu lill-kappillan jew rettur konċernat sabiex jagħmel kuntatt miegħek.
Min huma l-operaturi pastorali?
L-operaturi pastorali huma dawk l-imgħammdin lajċi li jimpenjaw ruħhom fil-ħidma tal-Knisja (imsejħa pastorali). Flimkien mal-kappillan u l-qassisin, dawn il-lajċi joffru l-ħin tagħhom sabiex iwettqu xi ħidma (għalhekk operaturi) fid-diversi servizzi, imsejħa ministeri, li l-parroċċa toffri. Huma jgħixu bis-sħiħ is-sejħa tagħhom bħala Nsara billi jipparteċipaw u jkunu responsabbli biex iwasslu l-messaġġ ta’ Ġesù lill-oħrajn, mhux bil-kliem biss imma bil-fatti permezz tal-ħidma u l-eżempju tagħhom.
It-termini u l-kundizzjonijiet
Bir-reġistrazzjoni bħala operatur pastorali, l-individwu jintrabat li waqt li jaqdi l-ministeru tiegħu josserva l-policies u l-proċeduri tal-Arċidjoċesi. Dawn jistgħu jitniżżlu minn hawnhekk: