Agħti sehmek

X'inhuma l-ħidmiet li nista' nagħti sehmi fihom f'xi parroċċa jew knisja?

Dawn huma xi wħud mill-ħidmiet:

Amministrazzjoni

Segreterija, ħidma fl-Uffiċċju Parrokkjali, immaniġġjar tal-informazzjoni, finanzi, servizzi legali, fundraising

Komunikazzjoni

Web design, midja soċjali, vidjografija, fotografija, streaming, diġitalizzazzjoni, marketing, tqassim bieb bieb, kuntatt mal-ġirien

Formazzjoni

Tagħlim tal-katekeżi, tfal, adolexxenti, żgħażagħ, ongoing formation tal-adulti, ġenituri u nanniet, għarajjes, familja, tagħlim fuq il-Bibbja

Liturġija

Animazzjoni, ministri tat-tqarbin, tiżjin u armar liturġiku, ushering u welcoming, kordinament tal-abbatini, letturi, mużika u kant, tħaddim ta' sistemi awdjo-viżivi

Djakonija

Assistenza lil persuni vulnerabbli, bereavement, anzjani homebound, servizzi professjonali (eż. psikologu, eċċ.), refuġjati, persuni bi problemi finanzjarji, għajnuna fit-tagħlim edukattiv

Spiritwalità

Interċessjoni bit-talb, gruppi ta' talb, talb bil-Bibbja, formazzjoni spiritwali, akkumpanjament, knisja domestika

Faċilitajiet

Sagristan, tindif, manutenzjoni, saħħa u sigurtà, restawr, ħarsien tal-patrimonju

Gruppi

Fratellanzi, festi, soċjali u komunitarji

Interessat li nagħti sehmi

Imla din il-formola bid-dettalji tiegħek u f’liema parroċċa jew knisja tixtieq tagħti sehmek. Dawn se jintbagħtu lill-kappillan jew rettur konċernat sabiex jagħmel kuntatt miegħek.

Indirizz*
Hidden
Din l-informazzjoni qed tinġabar mill-Arċidjoċesi ta' Malta u se tkun proċessata skont it-termini u l-kundizzjonijiet għall-informazzjoni miġbura fil-parroċċi.
This field is for validation purposes and should be left unchanged.

Min huma l-operaturi pastorali?

L-operaturi pastorali huma dawk l-imgħammdin lajċi li jimpenjaw ruħhom fil-ħidma tal-Knisja (imsejħa pastorali). Flimkien mal-kappillan u l-qassisin, dawn il-lajċi joffru l-ħin tagħhom sabiex iwettqu xi ħidma (għalhekk operaturi) fid-diversi servizzi, imsejħa ministeri, li l-parroċċa toffri. Huma jgħixu bis-sħiħ is-sejħa tagħhom bħala Nsara billi jipparteċipaw u jkunu responsabbli biex iwasslu l-messaġġ ta’ Ġesù lill-oħrajn, mhux bil-kliem biss imma bil-fatti permezz tal-ħidma u l-eżempju tagħhom

Jekk inti diġà operatur pastorali rreġistra hawn

It-termini u l-kundizzjonijiet

Bir-reġistrazzjoni bħala operatur pastorali, l-individwu jintrabat li waqt li jaqdi l-ministeru tiegħu josserva l-policies u l-proċeduri tal-Arċidjoċesi. Dawn jistgħu jitniżżlu minn hawnhekk: