Knisja dedikata lil Santa Barbara

Is-sagrestija tal-knisja hija parti mill-knisja ewlenija li nbniet fl-1573. Il-knisja, imbagħad, inbniet mill-ġdid fl-1739. Fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann, din kienet il-knisja tal-bumbardieri u fil-fatt ħafna minnhom jinsabu midfuna fil-kripta tal-knisja. Fl-1904 tqiegħdet statwa tal-Verġni Marija fil-faċċata tal-knisja biex tfakkar il-ħamsin anniversarju mid-definizzjoni tad-Domma tal-Fidi dwar it-Tnissil Bla Tebgħa tal-Verġni Marija (id-domma tal-Immakulata Kunċizzjoni). Illum din il-knisja hija l-knisja parrokkjali tal-Ingliżi, Franċiżi u Ġermaniżi li joqogħdu f’Malta.

F’din il-knisja jistgħu jsiru:

Żwiġijiet

Rettur: Dun Charles Carabott
Kuntatt: 21651057

Ħinijiet tal-Quddiesa

Il-Ħadd / Sunday

11:00

Ġermaniż

Sajf u Xitwa

Sept. bis Juni (September until June)

Il-Ħadd / Sunday

12:00

Ingliż

Sajf u Xitwa

Il-Ħadd / Sunday

17:30

Tagalog

Sajf u Xitwa


Ħinijiet tal-Adorazzjoni

N/A


Ħinijiet tal-Qrar

N/A