Riflessjoni Spiritwali tal-Ġimgħa Mqaddsa 2023

Stedina

Nistidnuk tingħaqad mal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali għal Riflessjonijiet Spiritwali dwar il-Ġimgħa Mqaddsa.

Permezz ta’ filmati qosra ser tkun akkumpanjat matul din il-Ġimgħa Mqaddsa bir-riflessjonijiet bibbliċi u b’analiżi spiritwali. Il-mixja spiritwali ta’ kull Nisrani hija relatata mat-tbatija li għadda minnha Ġesù, speċjalment fil-mumenti tat-tradiment, solitudni, ġudizzju, biża’ u deċiżjonijiet diffiċli.

L-għan huwa li naslu għall-għarfien tal-Qawmien, il-konsolazzjoni u tiġdid spiritwali. Immissu mal-umiltà u l-għotja ta’ Ġesù fil-mixja tiegħu fuq din l-art, mill-qtigħ il-qalb fil-Ġnien tal-Ġetsemani, il-perseveranza matul il-passjoni sa ma wasal fil-glorja tal-qawmien.

Dettalji

Ir-riflessjonijiet spiritwali dwar il-Ġimgħa Mqaddsa, huma maqsuma fuq 14-il vidjow qasir.
L-applikant ser jirċievi username u password sabiex ikun jista’ jara dawn ir-riflessjonijiet fuq l-apparat elettroniku tiegħu.
L-applikant jista’ jara dawn il-vidjows bil-kumdità tiegħu, x’ħin u fejn irid.

Offerta

Jekk inti operatur pastorali rreġistrat, il-applikazzjoni għal dawn ir-riflessjonijiet se tkun b’xejn.

Jekk inti operatur pastorali imma m’intix irreġistrat, tista’ tagħmel dan billi tagħfas il-buttuna tar-reġistrazzjoni, imbagħad wara tapplika għar-riflessjonijiet.

Applikazzjoni

Hidden
Isem*
Format: 0000000M
Mingħajr +356