Termini u kunsens* Naqbel mat-termini u nagħti l-kunsens
Mingħajr stennija ta’ kumpens jew ħlas ieħor, fil-preżent u fil-futur, jiena nagħti l-kunsens lill-Arċidjoċesi ta’ Malta, u lill-entitajiet tagħha, sabiex tuża l-materjal awdjoviżiv u l-kontenut tiegħu u l-immaġini u s-somiljanza (xbieha) tiegħi u/jew tal-istituzzjoni li nirrappreżenta fil-pubblikazzjonijiet, riklamar u attivitajiet tal-medja tagħha, inkluż fuq l-internet. Jiena nifhem li dan l-użu mhux se jsir b’mod kummerċjali jew għall-qliegħ jew ġbir ta’ flus imma għall-użu pastorali, informattiv u edukattiv.
Dan il-kunsens jinkludi, imma mhux limitat, għal:
(a) Permess biex jintuża ismi u/jew isem l-istituzzjoni li nirrappreżenta.
(b) Permess biex jintużaw intervisti, filmati, ritratti, awdjo, immaġini, kemm fl-intier tagħhom kif ukoll kwotazzjonijiet minnhom, tiegħi u/jew tal-istituzzjoni li nirrappreżenta, f’pubblikazzjonijiet, gazzetti, rivisti u materjal mitbugħ ieħor, fuq it-televiżjoni, ir-radju u medja elettronika, inkluż l-internet.
(c) Permess biex jiddaħħlu brands tal-Arċidjoċesi ta’ Malta u l-entitajiet tagħha, għal fini ta’ qsim ta’ riżorsi, inizjattivi pastorali, formazzjoni u bżonnijiet oħra, fil-materjal awdjoviżiv tiegħi u/jew tal-istituzzjoni li nirrappreżenta, wara li niġi mgħarraf u kkonsultat.