PROBLEMA

Għandek problema bil-login minħabba li m’intix illoggjat bil-username u l-password tal-parroċċa/knisja.


Soluzzjonijiet

L-Ewwel Soluzzjoni

1. Żur login.microsoftonline.com
2. Agħfas fuq iċ-ċirku bl-inizjali fuq il-lemin tal-paġna.
3. Jekk l-email li jidher mhux tal-parroċċa/knisja (bħalma hu f’dan l-eżempju), agħfas Sign out.
4. Agħfas Sign in fil-lemin tal-paġna.
5. Daħħal l-email tal-parroċċa/knisja tiegħek, agħfas Next, u wara daħħal il-password.

6. Issa lloggjajt bil-kont tal-parroċċa/knisja.

It-Tieni Soluzzjoni

1. Żur account.microsoft.com
2. Agħfas il-pupu fuq il-lemin tal-paġna.

3. Jekk l-email li jidher mhux tal-parroċċa/knisja (bħalma hu f’dan l-eżempju), agħfas Sign in with a different account.

4. Daħħal l-email tal-parroċċa/knisja tiegħek, agħfas Next, u wara daħħal il-password.

5. Issa lloggjajt bil-kont tal-parroċċa/knisja.

It-Tielet Soluzzjoni

1. Iftaħ browser differenti milli qed tuża bħalissa.
Jekk, per eżempju, qed tuża il-Google Chrome, tista tiftaħ Microsoft Edge jew Firefox, jew vice versa. Dawn il-browsers jintagħrfu kif ġej:
Google, chrome Free Icon of Social icons Google ChromeMicrosoft unveils new Edge browser logo that no longer looks like Internet  Explorer - The VergeMicrosoft EdgeFirefox Logo - PNG and Vector - Logo DownloadFirefox
2. Kompli billi tagħmel l-Ewwel jew it-Tieni Soluzzjoni t’hawn fuq.