Sinodu 2021-2023
Il-Knisja hija msejħa għas-Sinodu. Din is-sejħa għamilha il-Papa Franġisku sabiex il-Knisja kollha tixtarr u tistaqsi dwar is-sinodalità: il-qofol tal-ħajja u l-missjoni tal-Knisja.
Sinteżi tal-Proċess Sinodali
X’inhu Sinodu?
Il-kelma ‘Sinodu’ tfisser assemblea u hija okkażjoni ta’ laqgħa, smigħ u riflessjoni. Is-Sinodu hu magħruf l-iktar bħala ċelebrazzjoni ta’ laqgħat ekkleżjali u ġemgħat tal-Isqfijiet u l-protagonista tas-Sinodu huwa l-Ispirtu s-Santu.
X’inhi s-sinodalità?
- Hija mixja flimkien
- Hija t-triq li biha l-Knisja titgħallem
- Hija s-sejħa għat-tiġdid taħt l-azzjoni tal-Ispirtu u grazzi għas-smigħ tal-Kelma
- Hija il-mod ta' kif tgħix u taħdem (modus vivendi et operandi) il-Knisja Poplu ta’ Alla
- Hija turija ta' Knisja li twettaq b'mod konkret il-komunjoni
- Hija l-Knisja li tinġema' u tagħti sehem attiv lill-membri tagħha fil-missjoni tagħha ta' Evanġelizzazzjoni
Konsultazzjoni mal-Poplu ta’ Alla
Il-Knisja ta’ Alla qed tiġi msejħa għal Sinodu bejn is-snin 2021-2023 bit-tema “Lejn Knisja sinodali: komunjoni, parteċipazzjoni u missjoni”. B’din is-sejħa, il-Papa Franġisku qed jistieden lill-Knisja kollha biex tirrifletti fuq tema deċiżiva għall-ħajja u l-missjoni tagħha. B’hekk kull parroċċa f’Malta hi msejħa biex tiddixxerni u tiffoka fuq dawk l-aspetti tas-sinodalità li huma l-iktar relevanti għar-realtà tagħha.
L-għan tas-Sinodu mhuwiex li jipproduċu dokumenti, imma li “nnibbtu ħolmiet ġodda, jitqanqlu profeziji u viżjonijiet, iwarrdu t-tamiet, nistimulaw fiduċja, ninfaxxaw il-ġrieħi, ninsġu relazzjonijiet, intellgħu żerniq ta’ tama, nitgħallmu minn xulxin, u noħolqu immaġinarju pożittiv li jdawwal l-imħuħ, isaħħan il-qlub, irodd il-qawwa lid-dirgħajn” (Il-Papa Franġisku).
Konsultazzjoni mal-Knisja f’Malta
Bħala Knisja f’Malta, aħna msejħin sabiex nirriflettu fuq it-tema tas-Sinodu. Kull parroċċa hi msejħa biex tiddixxerni u tiffoka fuq dawk l-aspetti tas-sinodalità li huma l-iktar relevanti għar-realtà tagħha biex b’hekk tgħix iktar f’komunjoni, b’parteċipazzjoni sħiħa li tgħinna tinfetaħ għall-missjoni.
Din il-konsultazzjoni torbot ukoll mal-mixja ta’ tiġdid li qed nagħmlu bħala Knisja f’Malta permezz tal-proċess ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’ fejn qed nirriflettu fuq l-erba’ temi:
1. Knisja li Tisma’
Kontemplazzjoni - ħarsa li toħroġ is-sbuħija fl-oħrajn
3. Knisja li Takkumpanja
Formazzjoni – ħarsa li tilqa’ u tiltaqa’ mal-oħrajn
2. Knisja li Tilqa’
Rikonċiljazzjoni – ħarsa li tfittex u li tikkomunika l-ħniena
4. Knisja li Toħroġ
Missjoni bħala qadi – inwasslu l-ħarsa tiegħu fuq id-dinja
Il-messaġġ
tal-Arċisqof
għall-bidu tas-Sinodu
Għaliex għandna nagħtu sehemna
Din hija opportunità ta':
Dixxerniment
personali u komunitarju
Qsim
tal-esperjenzi mgħixa tal-fidi tagħna
Nimmaġinaw u nikkreaw
futur differenti għall-missjoni tagħna bħala Knisja
Nikkontribwixxu
għall-ġid tal-Knisja universali
Programm
Dawn huma t-tappi prinċipali tas-Sinodu fil-Knisja maltija:
Ottubru 2021 sa Mejju 2022
Laqgħat ta’ dixxerniment
Kull parroċċa tiltaqa’ u tiddixxerni il-mistoqsijiet ipprovduti fid-dokument tas-Sinodu.
30 ta' Ġunju 2022
Ġbir tad-dixxerniment
Kull parroċċa tissottometti id-dokument tad-dixxerniment.
15 t'Awwissu 2022
Sottomissjoni tar-rapport finali
Il-Konferenza Episkopali Maltija tibgħat id-dokument finali tad-dixxerniment lis-Segreterija tas-Sinodu.
Id-dixxerniment
Dawn huma l-linji gwida ta’ kif isir il-proċess ta’ dixxerniment sabiex jintlaħaq l-għan tas-Sinodu b’mod konkret u prattiku.
Id-dokument tas-Sinodu jipprovdi 10 temi għad-dixxerniment, kif ġej:
I. IS-SIEĦBA FIL-VJAĠĠ
Fil-Knisja u fis-soċjetà ninsabu maġenb xulxin fl-istess triq.
II. NISIMGĦU
Is-smigħ huwa l-ewwel pass, imma jitlob li nżommu moħħna u qalbna miftuħa, mingħajr preġudizzji.
III. NIEĦDU L-KELMA F’IDEJNA
Ilkoll aħna msejħin nitkellmu bil-kuraġġ u l-parresia, jiġifieri billi nħaddmu flimkien libertà, verità u mħabba.
IV. NIĊĊELEBRAW
Nistgħu “nimxu flimkien” biss jekk nibnu fuq is-smigħ komunitarju tal-Kelma u fuq iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija.
V. KORRESPONSABBLI FIL-MISSJONI
Is-sinodalità qiegħda għas-servizz tal-missjoni tal-Knisja, li fiha l-membri kollha tagħha huma msejħin jipparteċipaw.
VI. NIDDJALOGAW FIL-KNISJA U FIS-SOĊJETÀ
Id-djalogu huwa mixja ta’ perseveranza, li tiġbor fiha wkoll silenzji u tbatijiet, imma li kapaċi tilqa’ l-esperjenza tal-persuni u tal-popli.
VII. MAL-KONFESSJONIJIET INSARA L-OĦRA
Id-djalogu bejn l-Insara ta’ diversi konfessjonijiet, imxierka flimkien minn Magħmudija waħda, għandu post partikulari fil-mixja sinodali.
VIII. AWTORITÀ U PARTEĊIPAZZJONI
Knisja sinodali hija Knisja parteċipattiva u korresponsabbli.
IX. NIDDIXXERNU U NIDDEĊIEDU
Fi stil sinodali niddeċiedu b’dixxerniment, skont kunsens li joħroġ mill-ubbidjenza komuni għall-Ispirtu.
X. NIFFURMAW RUĦNA GĦAS-SINODALITÀ
L-ispiritwalità li nimxu flimkien hi msejħa ssir prinċipju edukattiv għall-formazzjoni tal-persuna umana u tan-Nisrani, tal-familji u tal-komunitajiet.
Il-mistoqsijiet ta’ riflessjoni sabiex isir id-dixxerniment ta’ dawn it-temi jinsab hawn.
- Fuq livell Parrokkjali
- Kunsill Parrokkjali
- Kummissjonijiet
- Gruppi parrokkjali li jirrappreżentaw diversi realtajiet tal-parroċċa:
- Lajċi – adulti, żgħażagħ u tfal
- Kleru u reliġjużi
- Ministeri diversi
- Livelli soċjali varji, b’mod speċjali dawk li jħossumhom imwarrbin u emarġinati
- Kulturi diversi
- Fuq livell ta’ Unità Parrokkjali
- Bħala dixxerniment personali.
Preparazzjoni qabel
- Nagħżlu leader biex jikkordina l-proċess fil-parroċċa/għaqda;
- Nagħżlu lil xi ħadd biex imexxi l-grupp partikulari;
- Nagħżlu tema mill-għaxar proposti marbuta ma’ dan
il-“vjaġġ” sinodali. Nadattaw it-tema għall-kuntest lokali u parrokkjali.
- Struttura tal-laqgħa:
Nidħlu fi spirtu ta’ talb, nitolbu t-talba għas-Sinodu (Adsumus) u nisimgħu l-Kelma ta’ Alla;
Kull persuna taqsam ir-riflessjoni tagħha fuq it-tema/il-mistoqsija prinċipali. Inħallu spazju biex kulħadd ikollu ċans jesprimi ruħu; nisimgħu lil xulxin b’mod profond mingħajr ma ninterrompu lil xulxin;
Wara li kulħadd ikun esprima ruħu, jista’ jsir djalogu bejn il-membri: X’kien dak li ħalla faraġ spiritwali fina? Dan il-punt ngħożżuh/inħalluh idawwalna. X’inhu dak li ġab niket fina? Liema passi l-Ispirtu qed jistedinna nwettqu biex nikbru fil-“mixja flimkien” tagħna?
Nieħdu n-noti biex ikun jista’ jintbagħat rapport mill-kordinatur tal-parroċċa/għaqda ta’ mhux aktar minn paġna (A4) bil-punti prinċipali fuq l-email [email protected]
- Bħala bidu tal-proċess ta’ dixxerniment isir ftit ħin ta’ talb fis-silenzju.
- Tingħad it-Talba għas-Sinodu.
- Jitwieġbu il-Mistoqsijiet ta’ Riflessjoni skond is-Suġġerimenti tat-Tqassim tat-Temi.
- Il-laqgħa tingħalaq b’talba ta’ ringrazzjament lil Alla.
- Ibda il-proċess ta’ dixxerniment billi tgħaddi ftit ħin ta’ talb fis-silenzju.
- Itlob it-Talba tas-Sinodu.
- Irrifletti fuq dawn il-punti:
- “Knisja sinodali, hija u xxandar l-Evanġelju, “timxi flimkien”
- Kif tista’ din il-“mixja flimkien” titwettaq illum fil-Knisja partikulari tagħna?
- Liema passi l-Ispirtu qed jistedinna nwettqu biex nikbru fil-“mixja flimkien” tagħna?
- Wieġeb il-Mistoqsijiet ta’ Riflessjoni.
- Agħlaq b’talba ta’ ringrazzjament lil Alla.
- Ibgħat t-tweġibiet tiegħek b’email fuq [email protected]