Direttivi

21/02/2022 – Aġġornament miżuri Covid-19

From: Kleru <[email protected]>
Sent: Monday, February 21, 2022 6:56:10 PM
To: Kleru <[email protected]>
Subject: Aġġornament miżuri Covid-19

Għażiż,

Issa li l-pandemija f’Malta tinsab relattivament kontrollata, nixtiequ ninfurmawk li t-tqarbin jista’ jerġa’ jibda jsir bil-purċissjoni jew inkella jibqa’ jsir fil-post. F’każ li ssir il-purċissjoni tat-tqarbin, dawk li telgħin biex jitqarbnu għandhom iżommu distanza bejn persuna u oħra u ma għandhomx jinżgħu l-maskra waqt li jkunu fil-purċissjoni. Min se jqarben irid ikun liebes maskra u jaħsel idejh bis‑sanitiser qabel ma jqarben lill-poplu. Ħlief dik tas‑saċerdot, l‑ostji għandhom ikunu mgħottija l‑ħin kollu, inkluż waqt il‑konsagrazzjoni. It‑tqarbin għandu jsir biss fl‑idejn. F’każ ta’ konċelebrazzjoni, il‑konċelebranti għandhom jitqarbnu per intinctionem qabel ma ċ‑ċelebrant jew xi ministru ieħor jixrob mill‑kalċi.

Bla preġudizzju għal dak mitlub mil-linji gwida maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa għall-postijiet ta’ qima li jkunu fis-seħħ fil-mument partikolari, il-Knisja tfakkar li hu importanti li waqt iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi u mumenti ta’ talb, ma’ kull entratura tal-postijiet ta’ qima, għandu jkun hemm sanitiser għall‑użu tal‑pubbliku, u kull min jidħol għandu jilbes maskra (jew visor) il-ħin kollu, u jżomm distanza raġonevoli minn persuni oħra mhux tal-istess grupp, biex ħadd ma jħossu skomdu jkun fil-knisja.

Tislijiet,

Segretarjat Parroċċi

07/08/2020 – Direttivi aġġornati

Lill-Arciprieti, Kappillani, Superjuri Religjuzi u Retturi tal-knejjes

Qed nibghatlek il-mizuri (aggornati) ghac-celebrazzjonijiet liturgici.

Nitolbok tinnota li l-maskra/visor ghandha tintlibes, b’mod li nimxu mal-indikazzjonijiet li hemm fl-“iStandards and Guidance for

faith-based places of worship and services” maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa (n. 14) u li għadhom kif ġew aġġornati illum 7 t’Awwissu 2020.

Nitolbok tinnota wkoll li l-massimu ta’ nies hu ta’ persuna wahda ghal kull erba’ metri kwadri.

Infakkrek ukoll, fost l-ohrajn, fl-importanza tad-distanza socjali, tal-uzu tas-sanitizers, tal-procedura f’waqtha ghall-mod kif isir it-tqarbin.

Ghandna responsabbilta’ kbira li nsegwu bir-reqqa l-mizuri ghall-harsien tas-sahha u tal-hajja taghna u tal-ohrajn.

+Joseph Galea Curmi

Isqof Awziljarju