Kappella tal-Madonna ta’ Manresa

Din il-kappella, li ġiet konsagrata fit-23 ta’ Lulju u dedikata mill-Isqof
Labini fl-10 t’Awwissu tal-1786, tinsab fil-Kurja tal-Arċisqof. Għandha
forma ovali mimlija bi skultura dekorattiva, bl-għamla ta’ xogħol ta’
Carapecchia iżda l-Perit Mahoney jattribwiha lil Ġużè Belli li għamel
ukoll il-Berġa ta’ Kastilja u l-Kunvent tal-Karmelitani, l-Imdina. Din il-kappella ġiet kompletament restawrata wara ħsarat li ġarrbet fl-1984. Fil-mensa hemm ir-relikwarju ta’ San Kalċidonju Martri meta fl-20 ta’ Mejju
1753 il-Papa Benedittu XIV kien irregala l-Korp Sant ta’ dan il-Martri.


Kuntatt: 21241281

  • Hidden
  • Hidden
  • Hidden
  • € 0.00

Ħinijiet tal-Quddiesa

No items found


Ħinijiet tal-Adorazzjoni

N/A


Ħinijiet tal-Qrar

N/A