Knisja ta’ Santa Ubaldeska

Il-knisja nbniet fl-1629 mill-Granmastru De Paule u ġiet iddedikata lil Santa Ubaldeska, soru tal-Ordni ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm. Meta l-Ordni ta’ San Ġwann telaq minn Malta, il-knisja waqgħet f’idejn il-Gvern li, fuq talba tal-Isqof, taha lill-Knisja biex isservi ta’ knisja parrokkjali għal Raħal Ġdid. Dan ġara fl-1900. Il-knisja serviet bħala viċi-parroċċa mill-1905 sakemm Raħal Ġdid sar parroċċa fl-1910 u l-knisja ġiet iddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Fl-1936 il-knisja ma baqgħetx aktar il-knisja parrokkjali. F’dawn l-aħħar snin sar ħafna xogħol ta’ restawr u manutenzjoni li taw ħajja ġdida lil din il-knisja li għal ħafna snin kienet mitluqa. Illum tintuża għal laqgħat u mumenti ta’ talb, ċelebrazzjonijiet ta’ żwieġ u anniversarji, u kull nhar ta’ Ħadd tilqa’ waħda mill-komunitajiet tar-Rit Siro-Malabar li hawn f’pajjiżna.

F’din il-knisja jistgħu jsiru:

Żwiġijiet

Rettur: Il-Kappillan
Kuntatt: 21695022

  • Hidden
  • Hidden
  • Hidden
  • € 0.00

Ħinijiet tal-Quddiesa

Il-Ħadd / Sunday

09:00

Malayalam

Sajf u Xitwa

Rit Syro-Malabar


Ħinijiet tal-Adorazzjoni

N/A


Ħinijiet tal-Qrar

N/A