Knisja tal-Madonna ta’ Damaxxena

Din il-knisja nbniet bejn l-1576 u l-1587 min-Nobbli Rhodita Giovanni Kalamias fuq art mogħtija mill-Gran Mastru Pietro del Monte (1565 – 1572). Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, propju nhar l-24 ta’ Marzu 1942, il-knisja ġġarrfet għal kollox. Reġgħet inbniet u ġiet konsagrata fil-15 ta’ Awissu 1951 mill-E.T. Mons. George Kalavassy, Isqof Kattoliku tar-Rit Grieg. It-teżori ta’ din il-knisja huma żewġ Ikoni miġjuba mill-Griegi li ġew mal-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann, wara li fl-1522 telqu minn Rhodi. Dawn l-Ikoni huma tal-Madonna ta’ Damaxxena, li kienet inkurunata fl-1931 fl-okkażjoni tal-ħmistax-il ċentinarju tal-Konċilju ta’ Efesu (A.D. 431), u l-oħra tal-Verġni Marija ta’ Eleimonitria. Fi żmien it-Tieni Gwerra, iżjed minn tletin ikona ta’ kobor differenti ntilfu fit-tiġrif tal-knisja. Flokhom saru tletin ikona ġdida, ħafna minnhom huma xogħol tal-artist Russu Gregorio Malzteff (1881 – 1952). Iżda wieħed sal-lum jista’ jammira l-ikona prezzjuża tal-Inżul minn fuq is-Salib, u oħra ta’ Ġesù Kurċifiss magħmula mill-artist Malti Anton Inglott. Wieħed jista’ jammira wkoll l-ikona tat-Twelid tal-Verġni Marija magħmula minn Giovenali, artist kontemporanju mill-Ukrajna.

Rettur: Papas Martin Zammit
Kuntatt: 99256462

Ħinijet tal-Quddiesa

Mit-Tnejn sas-Sibt / Monday ‑ Saturday

07:30

Malti

Sajf u Xitwa

Il-Ħadd / Sunday

09:00

Grieg

Sajf u Xitwa

Grieg u Ingliż

Ħinijiet tal-Adorazzjoni

N/A

Ħinijiet tal-Qrar

N/A

Rikorsi

M'hemmx dokumenti disponibbli