Santa Katerina Verġni u Martri magħrufa bħala ta’ San Girgor

L-ewwel knisja aktarx li nbniet fis-seklu tnax, iżda l-knisja li hemm illum inbniet fl-1492. Qed isservi għall-ħtiġijiet spiritwali ta’ ħafna nies li joqogħdu fl-inħawi u qed isservi wkoll għal-laqgħat neo-katekumenali. Fl-antik, fit-12 ta’ Marzu, kienet tmur purċissjoni mill-Katidral għal din il-knisja, iżda aktar tard, il-purċissjoni bdiet issir nhar l-Erbgħa tal-Għid. Hemm ħafna fehmiet dwar il-bidu ta’ din il-purċissjoni iżda, dokument fl-arkivji notarili, misjub minn P. Mikiel Fsadni O.P., jgħid li l-purċissjoni ordnaha l-Isqof Cubelles biex iwieġeb għax-xewqa tal-Papa biex isir talb għall-paċi: din il-ħaġa malajr intesiet għax ma kinitx tolqot il-Maltin mill-qrib u għalhekk saru ħafna konġetturi dwar ġrajjiet li laqtu ’l pajjiżna li taw bidu għal din il-purċissjoni votiva.

F’din il-knisja jistgħu jsiru:

Żwiġijiet
Funerali

Rettur: L-Arċìpriet
Kuntatt: 21677187

  • Hidden
  • Hidden
  • Hidden
  • € 0.00

Ħinijiet tal-Quddiesa

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa / Monday ‑ Friday

08:00

Malti

Sajf u Xitwa

Is-Sibt / Saturday

18:30

Malti

Sajf u Xitwa

Il-Ħadd / Sunday

07:00

Malti

Sajf u Xitwa

Il-Ħadd / Sunday

10:30

Malti

Sajf u Xitwa

Il-Ħadd / Sunday

19:15

Malti

Sajf u Xitwa

Animata miż-żgħażagħ


Ħinijiet tal-Adorazzjoni

N/A


Ħinijiet tal-Qrar

N/A