Archives

Ħolqien ta’ Fratellanza ġdida

Deskrizzjoni

Meta jkun hemm talba sabiex titwaqqaf fratellanza ġdida, il-kappillan irid jibgħat ir-rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas 6 xhur qabel.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. It-talba tat-twaqqif ta’ fratellanza ġdida
  2. L-istatut tal-fratellanza l-ġdida [Niżżel Statut bażiku ta’ fratellanza]
  3. Lista tal-uffiċjali proposti
  4. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.

Tibdil fid-data u/jew fil-programm tal-festa

Deskrizzjoni

Meta jkun hemm talba sabiex  tinbidel id-datau/jew fil-programm tal-festa titulari jew sekondarja (eż. il-ġurnata tal-ħruġ min-niċċa), il-kappillan irid jibgħat ir-rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas 6 xhur qabel.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. Liema festa hija konċernata u jekk hix titulari jew sekondarja
  2. Id-data li ssoltu ssir il-festa fiha, id-data il-ġdida u/jew indikazzjoni ċara tal-bdil fil-programm
  3. Id-dettalji ta’ min qed jagħmel it-talba
  4. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.

Ħruġ ta’ vari fi knisja, kappella jew oratorju f’dati li mhux soltu jsiru

Deskrizzjoni

Meta jkun hemm talba sabiex  isir ħruġ ta’ vari fi knisja, kappella jew oratorju f’dati li mhux soltu joħorġu, il-kappillan irid jibgħat ir-rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas 6 xhur qabel.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. Indikazzjoni ċara ta’ liema vara se tinħareġ fil-knisja, kappella jew oratorju
  2. Id-dati/ġranet tal-festa/ġurnata tal-okkażjoni meta qed jintalab li toħroġ il-vara
  3. Ir-raġunijiet għalfejn dawn it-tibdiliet qed jintalbu
  4. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.

Twaqqif ta’ VO ġdida

Deskrizzjoni

Sabiex titwaqqaf Voluntary Organisation (VO) ġdida għall-parroċċa jew għal għaqda fi ħdan il-parroċċa, il-kappillan irid jagħmel rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas 6 Xhur qabel.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. It-talba għat-twaqqif tal-VO.
  2. L-isem tal-VO il-ġdida.
  3. Indikazzjoni jekk il-VO hix tal-parroċċa nnifisha jew ta’ għaqda fil-parroċċa.
  4. L-istatut [Niżżel sample ta’ Statut ta’ VO].
  5. Ir-raġunijiet tal-bżonn tat-twaqqif tal-VO.
  6. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
    3. Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.

Twaqqif ta’ Fondazzjoni ġdida

Deskrizzjoni

Sabiex titwaqqaf Fondazzjoni ġdida għall-parroċċa jew għaqda fi ħdan il-parroċċa, il-kappillan irid jagħmel rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas 6 Xhur qabel.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. It-talba għat-twaqqif tal-Fondazzjoni.
  2. L-isem tal-Fondazzjoni l-ġdida.
  3. Indikazzjoni jekk il-Fondazzjoni hix tal-parroċċa nnifisha jew ta’ għaqda fil-parroċċa.
  4. Iż-żieda proposta.
  5. L-istatut [Niżżel sample ta’ Statut ta’ Fondazzjoni].
  6. Ir-raġunijiet tal-bżonn tat-twaqqif tal-VO.
  7. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
    3. Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.

Żieda fil-paga ta’ impjegat tal-parroċċa

Deskrizzjoni

Meta trid issir talba għal żieda fil-paga ta’ impjegat, il-kappillan irid jagħmel rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas 3 Xhur qabel.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. It-talba għaż-żieda fil-paga tal-impjegat u r-raġunijiet tal-ħtieġa tagħha.
  2. Kopja tal-kuntratt ta’ impjieg preżenti.
  3. Kopja tal-FS3 l-iktar reċenti.
  4. Iż-żieda proposta.
  5. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
    3. Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.

Emendi f’rikors li diġa ġie approvat b’digriet

Deskrizzjoni

Meta jkun hemm bżonn li jsiru emendi fuq rikors li diġá ġie approvat b’digriet, il-kappillan irid jagħmel rikors ieħor skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas Xahar qabel.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. It-talba għall-emenda/i meħtieġa bin-numru uffiċċjali tar-rikors u d-digriet.
  2. L-emendi meħtieġa fit-talbiet tar-rikors oriġinali.
  3. Id-dokumenti li kienu annessi fir-rikors oriġinali emendati kif meħtieġ skond il-każ.
  4. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
    3. Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.

Impjieg ġdid tal-parroċċa

Deskrizzjoni

Meta l-parroċċa teħtieġ li timpjega lil xi ħadd ġdid, il-kappillan irid jagħmel rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas 3 xhur qabel.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. It-talba għal-impjieg ġdid mal-parroċċa u r-raġunijiet tal-ħtieġa tiegħu.
  2. Job description dettaljat tal-irwol, b’indikazzjoni ċara jekk hux part-time and full-time u definit jew indefinit.
  3. Kopja tal-kuntratt ta’ mpjieg propost [Niżżel template ta’ kuntratt] 
  4. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
    3. Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.

Iffirmar ta’ kuntratti ma’ entitajiet terzi

Deskrizzjoni

Meta jkun se jiġi ffirmat kuntratt ma’ entità terza (EŻEMPJI TA’ ENTITAJIET TERZI) il-kappillan irid jagħmel rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:
Mil-inqas 6 xhur qabel.
B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. It-talba għall-iffirmar.
  2. Id-dettalji kollha tal-entita terza.
  3. Kopja tal-abbozz tal-kuntratt
  4. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
    3. Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.

Donazzjonijiet ta’ Oġġetti Sagri

Deskrizzjoni

Meta l-parroċċa tiċievi donazzjoni ta’ oġġetti sagri (pitturi, artifatti, statwi, eċċ.) li l-valur tagħha huwa iktar minn €5,000 il-kappillan irid jagħmel rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas 3 xhur qabel.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. It-talba sabiex id-donazzjoni tkun tista’ tintlaqa mill-parroċċa.
  2. Deskrizzjoni dettaljata tal-oġġett/i.
  3. Ritratti tal-oġġett/i.
  4. Id-dettalji tad-donatur:
    1. Isem u kunjom
    2. Numru tal-Karta tal-identità/Passaport
    3. Indirizz
    4. Mobile u email
  5. Rapport ta’ kif id-donatur ġie fil-pussess tal-oġġett.
  6. Stima tal-valur tal-oġġett.
  7. Draft tal-att notarili tad-donazzjoni.
  8. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’: