Archives

Manutenzjoni ta’ propjetà parrokkjali

Deskrizzjoni

Meta tkun ser isir binja ġdida jew alterazzjoni fuq propjetà tal-parroċċa, il-kappillan irid jibgħat ir-rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas Sentejn qabel ma jibda’ l-proċess tal-permessi tal-bini.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. It-talba għall-manutenzjoni b’indikazzjoni tal-propjetà konċernata (il-knisja parrokkjali, knisja oħra, dar parrokkjali, eċċ.)
  2. Pjanta/dokument dettaljat tal-manutenzjoni minn perit
  3. 3 stimi preliminari tax-xogħol
  4. Dettalji ta’ kif se jiġi ffinanzjat il-proġett.
  5. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
    3. Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.

Binja ġdida jew alterazzjoni fuq propjetà tal-parroċċa

Deskrizzjoni

Meta tkun ser isir binja ġdida jew alterazzjoni fuq propjetà tal-parroċċa, il-kappillan irid jibgħat ir-rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas Sentejn qabel ma jibda’ l-proċess tal-permessi tal-bini.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. It-talba għall-bini ġdid/alterazzjoni.
  2. L-importanza tal-proġett għall-ħajja u l-ħidma pastorali tal-parroċċa.
  3. L-indirizz tal-propjetà li fuqha se jsir il-bini/alterazzjoni.
  4. Pjanta dettaljata minn perit.
  5. Project plan li jinkludi fost l-oħrajn iż-żmien li se jieħu l-proġett.
  6. 3 stimi preliminari li jkopru:
    1. Il-ġebla u l-finishes u li jinkludi l-VAT.
    2. Id-drittijiet professjonali.
    3. Spejjeż (fees) tal-MEPA.
    4. Contingency adegwata.
  7. Dettalji ta’ kif se jiġi ffinanzjat il-proġett.
  8. F’każ ta’ spiża sostanzjali u/jew meta jkun hemm talba għall-mutwu għandu jiġi ppreżentat cash flow.
  9. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
    3. Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.

Kirjiet jew self ta’ propjetà tal-parroċċa

Deskrizzjoni

Meta jkun ser isir kiri jew self ta’ propjetà tal-parroċċa, il-kappillan irid jibgħat ir-rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas Sena qabel.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. It-talba għall-kiri jew self.
  2. L-indirizz tal-propjetà.
  3. Pjanta tal-propjetà b’indikazzjoni ċara jekk hux se tinkera/tissellef sħiħa jew parti minnha.
  4. Draft tal-kuntratt tal-kiri jew self b’indikazzjoni ċara taż-żmien u l-prezz tal-kirja magħmul minn nutar.
  5. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
    3. Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors:
  1. Il-kappillan jikteb ir-rikors [Niżżel template ta’ Rikors]
  2. Jipprintjah fuq letter head tal-parroċċa.
  3. Jiffirmah u jittimbrah.
  4. Jehmeż id-dokumenti kollha indikati fir-rikors.
  5. Jindirizza l-envelope lill-Kanċillier u jwasslu fir-reception tal-Kurja.

Bejgħ ta’ propjetà tal-parroċċa

Deskrizzjoni

Meta jkun ser isir bejgħ ta’ propjetà tal-parroċċa, il-kappillan irid jibgħat ir-rikors skond il-proċedura t’hawn taħt.

Proċedura

A. Leadtime ta' meta jintbagħat ir-rikors:

Mil-inqas Sena qabel.

B. Il-kontenut tar-rikors:
  1. It-talba għall-bejgħ
  2. L-indirizz tal-propjetà
  3. Rapport tal-perit (property report)
  4. Stima tal-valur tal-propjetà (valuation report) Dokumentazzjoni (pjanti, ritratti, eċċ.)
  5. Kemm se tinbiegħ il-propjetà.
  6. Kopja tal-minuta/i li saret konsultazzjoni ma’:
    1. Il-Presbiterju parrokkjali
    2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP)
    3. Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali (KEP)
C. Ir-rikors: