Taħriġ
F’din il-paġna ssib filmati, preżentazzjonijiet u materjal ieħor ta’ taħriġ dwar is-servizzi li joffri is-sit parrocci.knisja.mt u proċessi oħrajn li jintużaw fil-ħidma tal-parroċċi.
Reċenti

Parish Management – Magħmudijiet u Griżmi
Deskrizzjoni: Gwida dwar kif tilloggja u tuża is-sistema l-ġdida tal-Parish Management.
Tip: Filmat u Preżentazzjoni (Powerpoint)
Tajjeb għal: L-Arċiprieti, il-kappillani u l-operaturi pastorali li jaħdmu fl-uffiċċju parrokkjali.

Parish Management – Magħmudijiet u Griżmi
Deskrizzjoni: Gwida dwar kif tilloggja u tuża is-sistema l-ġdida tal-Parish Management.
Tip: Filmat u Preżentazzjoni (Powerpoint)
Tajjeb għal: L-Arċiprieti, il-kappillani u l-operaturi pastorali li jaħdmu fl-uffiċċju parrokkjali.

Login fil-User Area ta’ parrocci.knisja.mt
Deskrizzjoni: Gwida dwar kif tilloggja fil-User Area ta’ parrocci.knisja.mt u taċċedi għas-servizzi online.
Tip: Preżentazzjoni (Powerpoint)
Tajjeb għal: L-Arċiprieti u l-kappillani.

Stampa Ċertifikat tal-Magħmudija
Deskrizzjoni: Gwida dwar Stampa Ċertifikat tal-Magħmudija mil-formoli online tal-User Area ta’ parrocci.knisja.mt. Permezz ta’ din il-faċilità il-kappillan jista’ jistampa Ċertifikat tal-Magħmudija fil-format il-qasir.
Tip: Preżentazzjoni (Powerpoint)
Tajjeb għal: L-Arċiprieti u l-kappillani.

Sponsorja kors mal-PFI
Deskrizzjoni: Gwida dwar Sponsorja Kors mal-PFI mil-formoli online tal-User Area ta’ parrocci.knisja.mt. Il-formazzjoni, għalina lkoll li naħdmu fil-pastorali, hija mportanti ħafna. Nafu li ċerti parroċċi jisponsorjaw korsijiet għall-operaturi pastorali tagħhom.

Ħruġ ta’ ID card tal-Operaturi Pastorali
Deskrizzjoni: Taħriġ dwar kif issir it-talba għall-ħruġ ta’ ID card tal-Operaturi Pastorali mid-database tal-operaturi pastorali mill-User Area ta’ parrocci.knisja.mt.
Tip: Filmat
Ħin: 8 minuti
Tajjeb għal: l-Arċiprieti, il-kappillani, ir-retturi tal-knejjes u l-ħaddiema tal-uffiċċji parrokkjali.

Servizzi online – parrocci.knisja.mt
Deskrizzjoni: Taħriġ dwar l-użu tas-servizzi online mill-User Area ta’ parrocci.knisja.mt. Dan il-filmat ikopri il-formoli u n-notifiki ta’ bejn il-parroċċi, il-formoli tat-tqarbin fl-isptar Mater Dei, il-kalendarju tal-appuntamenti importanti tal-kleru u l-operaturi u r-reġistrazzjoni u d-database tal-operaturi pastorali.


