Infakkruk li mill-user area inti tista tniżżel il-verżjoni l-qasira taċ-ċertifikati tal-magħmudija, li jintużaw per eżempju minħabba l-katekiżmu. Agħfas il-buttuna t’hawn taħt sabiex taċċessa dan is-servizz u fittex għaċ-ċertifikati tal-Magħmudija li saru mill-2010 ‘il quddiem u li kienu mdaħħla tajjeb fil-Parish Management sal-21/07/2022.

Tista tfittex u tniżżel kemm ċertifikati li ddaħħlu fil-Parish management mill-parroċċa tiegħek, kif ukoll ta’ parroċċi oħrajn. Il-paġna trid tigi aċċessata billi ddaħħal il-username u l-password tal-parroċċa tiegħek. Agħfas il-buttuna Gwida sabiex taċċessa gwida qasira ta’ kif tidħol f’dan is-servizz.