Fil-paġna tar-riżorsi ta’ bejn il-Parroċċi tista’ ssib riżorsa ġdida b’sensiela ta‘ Ċelebrazzjonijiet tal-Kelma bil-ħsibijiet ta’ Dun Kalċ Vassallo mibgħuta mill-parroċċa tal-Iklin. Inħeġġuk tibgħatilna riżorsi simili sabiex jitellgħu fil-paġna Parroċċi Malta.
Aħbarijiet
Taħriġ
09/02/2022Tixtieq titħarreġ dwar ir-reġistrazzjoni tal-operaturi pastorali, il-ħruġ tal-ID cards tal-operaturi jew is-servizzi online ta’ parrocci.knisja.mt? Idħol parrocci.knisja.mt/tahrig fejn issib filmati, preżentazzjonijiet u riżorsi oħra.
Kalendarju ġdid
11/11/2021Fil-User Area ta’ dan is-sit issa tista’ ssib l-appuntamenti importanti tal-kappillani u r-retturi tal-knsejjes. Minbara li tara d-dettalji tal-appuntamenti, tista’ wkoll iżżidhom fil-Google Calendar jew kalendarji oħra elettroniċi tiegħek b’mod faċli, anke fuq il-mobile tiegħek.
Idħol issa fil-link tal-kalendarju t’hawn taħt u ippruvah.
Mill-Parroċċi għall-Parroċċi
11/10/2021Żur il-paġna l-ġdida tar-Riżorsi Pastorali fejn tista’ ssib ġabra ta’ riżorsi mill-parroċċi għall-parroċċi, dokumenti pastorali, kif ukoll tagħrif dwar inizjattivi. Tista’ wkoll tikkontribwuxxi billi tibgħat rizorsa u taqsamha fi spirtu ta’ kollaborazzjoni u għajnuna reċiproka, b’turija ta’ Knisja waħda.
Merħba fil-user area
27/01/2021Din is-sezzjoni tas-sit tas-Segretarjat Parroċċi toffri formoli, dokumenti u riżorsi importanti, li jintużaw b’mod regolari mill-Parroċċi. Inħeġġuk iżżur ta’ spiss il-user area sabiex tgawdi mis-servizzi offruti fiha u żżomm ruħek aġġornat. Jekk tiltaqa’ ma diffikultà, ibgħatilna email fuq [email protected].
Dokument dwar il-Vjaġġ Ekkleżjali
14/12/2020In June 2020, the Archdiocese of Malta launched the process of ecclesial renewal One Church, One Journey. This process invites the Church in Malta to a journey taking place between 2020 and 2024.
MCYN has created an abridged version of One Church, One Journey. This version was written with the intention of making the original text shorter, simpler and easier to reflect upon. We’ve made it with hope that it will inspire reflection and, ultimately, drive action.
We pray that this process truly opens us to the will of God and the conversion of heart required to be true witnesses of Christ.